Jekk inti vittma ta’ mgieba kontinwa li m’hiex mistiedna, jekk hux kliem mitkellem jew miktub, azzjonijiet, jew ic-cirkulazzjoni ta’ kliem jew ritratti, int vittma tal-offiza ta’ fastidju. Il- fastidju jista’ wkoll jinvolvi mgieba mhux mistiedna ibbazzat fuq ir-razza, kulur, religjon, sess, eta’, disabilita’ jew orjentazzjoni sesswali. Fastidju sesswali huwa tip iehor specifiku ta’ fastidju.
Fatti u informazzjoni: fastidju
Min jinstab hati li qieghed ikun ta’ fastidju ta’ persuna, il-piena hija ta’ bejn xahar u sitt xhur prigunerija, jew multa ta’ mhux inqas minn €2500 u mhux iktar minn €5000, jew dik il-multa u prigunerja flimkien.
Meta persuna tkun akkuzata b’reat, il-Qorti tista’, tipprovdi ghas-sigurta’ tal-persuna offiza jew individwi ohra, tohrog ordni ta’ protezzjoni kontra l-akkuzat. Il-Qorti tista’ timponi restrizzjonijiet jew projbizzjoni sabiex l-ordni ta’ protezzjoni tkun effettiva. Din hija differenti minn restrizzjoni fis-sens li l-ordni ta’ projbizzjoni tkun effettiva sakemm is-sentenza tkun finalizzata.