2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Termini u Kundizzjonijiet

Termini u Kundizzjonijiet

Meta tuża din il-websajt inti taqbel li ssegwi t-termini u l-kundizzjonijiet tagħna, għaldaqstant, jekk jogħġbok aqra din it-taqsima b’attenzjoni qabel ma’ tuża s-servizzi tal-websajt. Il-Victim Support Onlajn iżomm id-dritt li fi kwalunkwe ħin, mingħajr avviż lill-utent u mingħajr ebda responsabbiltá ulterjuri, jimmodifika u/jew ineħħi porzjonijiet mit-termini ta’ hawn taħt sabiex jagħmel tibdiliet speċifiċi fil-kontenut tal-websajt u fis-servizzi pprovduti.

Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda

Il-Victim Support Onlajn jipprovdi appoġġ li jiffaċilita l-azzjoni, b’żewġ komponenti – appoġġ edukattiv u dak tanġibbli. Dan is-servizz mhux maħsub biex jipprovdi pariri minn professjonisti tas-saħħa mentali jew dawk mediċi. Jekk wieħed ikun qed ifittex dawn is-servizzi, f’dak il-każ għandu jfittex dawn is-servizzi professjonali x’imkien ieħor.

Min juża l-informazzjoni, il-feedback u l-messaġġi pprovduti mill-Victim Support Onlajn juża din l-informazzjoni għar-riskju tiegħu/tagħha stess. Meta juża tali informazzjoni l-utent tas-servizz jaqbel li jindemnifika lil vso.com.mt u lill-fornituri tal-kontenut tiegħu minn kull responsabbiltá, telf, dannu, ħsara, spejjeż u nfiq (dawn jinkludu miżati u spejjeż legali) li jirriżultaw mit-tali użu mill-persuna tal-informazzjoni, il-feedback u r-riżorsi fuq din il-websajt.

Copyright u Informazzjoni dwar id-Drittijiet Proprjetarji

Vso.com.mt ma tissorvelja l-ebda websajt marbuta mal-websajt tagħna. Ma aħna responsabbli għall-ebda informazzjoni, servizzi u prodotti ta’ siti oħra u ma nistgħu nitqiesu responsabbli għall-ebda dannu li jirriżulta mill-użu ta’ tali websajts. Kwalunkwe link murija fuq il-websajt tagħna hija pprovduta sabiex l-utent tas-servizz ikollu l-informazzjoni t-tajba disponibbli fuq paġna web waħda, madankollu l-inklużjoni ta’ dawn il-links ma timplikax approvazzjoni minn vso.com.mt tal-kontenut tal-websajts speċifiċi.

Użu illegali jew projbit

Bħala kundizzjoni tiegħek bħala utent tas-servizz, inti tassigura lil vso.com.mt li mhux ser tuża l-kontenut ta’ din il-websajt b’mod illegali jew projbit minn dawn it-termini u kundizzjonijiet.

Politika dwar il-Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-utent tas-servizz tagħna u mhu ser niġbru l-ebda informazzjoni personali dwar l-utenti tas-servizz tagħna dment li din ma tkunx provduta liberament permezz tal-użu tal-websajt tagħna. Fil-każ ta’ kwalunkwe informazzjoni personali li ngħatat b’mod volontarju mill-utent tas-servizz, hija r-responsabbiltá tagħna li l-informazzjoni tinżamm fir-rekords tagħna stess f’konformitá mal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-2001. Sabiex nipproteġu lill-utent tas-servizz tagħna, aħna nieħdu s-salvagwardji neċessarji kollha biex nipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat u nassiguraw lill-utenti tas-servizz tagħna li mhux ser ngħaddu d-dettalji pprovduti lilna lil kwalunkwe parti terza dment li ma jkollniex il-kunsens tagħhom biex nagħmlu dan.
Bħala viżitatur aħna niġbru tliet tipi ta’ informazzjoni dwarek:

  • Informazzjoni biex nagħmlu kuntatt miegħek jew biex niġbru feedback
  • Informazzjoni dwar id-download tal-paġna web
  • Informazzjoni oħra li l-utent tas-servizz jipprovdi volontarjament.

 
Jekk l-utent tas-servizz jaqra jew iniżżel xi informazzjoni mill-websajt tagħna, dan jiġi awtomatikament miġbur u maħżun. It-tip tal-kontenut li jiġi maħżun jikkonsisti fi:

  • Id-data u l-ħin ta’ meta sar aċċess għas-sit
  • L-informazzjoni speċifika li sar aċċess għaliha
  • L-indirizz tal-internet tal-websajt jew l-isem tad-domain tal-kompjuter li minnu l-utent tas-servizz ikun għamel aċċess għas-sit.

Din l-informazzjoni hija strettament għall-użu biss ta’ vso.com.mt, u din id-dejta ma hi mibjugħa jew kondiviża mal-ebda organizzazzjoni oħra.

Kundizzjonijiet Sovrastanti

Jekk għal xi raġuni nemmnu li l-utent tas-servizz jew xi ħadd ieħor ikun f’riskju jew f’dannu serju jista’ jkun hemm bżonn ninfurmaw lill-awtoritajiet rilevanti b’din l-informazzjoni.  Madankollu, aħna kieku dejjem nippreferu nippruvaw naħdmu miegħek l-ewwel biex tikseb l-għajnuna li għandek bżonn qabel ma nfittxu assistenza ulterjuri minn oħrajn. Ma nistgħux nirrispettaw il-kunfidenzjalitá f’kull każ peress li hemm sitwazzjonijiet fejn inkunu legalment marbuta li niksru l-kunfidenzjalitá f’sitwazzjonijiet ta’ terroriżmu, ideazzjoni suwiċida, kompulsjoni legali jew meta l-utent tas-servizz jiddikjara apertament li ser iweġġa’ lil ħadd ieħor. Madankollu, dan jista’ jsir biss jekk l-utent tas-servizz ikun ta dettalji li jidentifikawh fl-email jew iċ-ċett tiegħu.  Jekk tħoss li għalik bħala utent tas-servizz il-kunfidenzjalitá hija kwistjoni importanti, wieħed jista’ jiddeċiedi li ma jagħtix l-informazzjoni li tidentifikah bħall-username u l-indirizz tad-dar sakemm ikun hemm ftehim dwar kif nistgħu ngħinuk bħala utent tas-servizz.
Għall-finijiet ta’ taħriġ u ta’ monitoraġġ tal-kwalitá tas-servizz, membri oħra tal-persunal jew voluntiera jista’ jkollhom aċċess għal kull interazzjoni mal-utenti tas-servizz. Madankollu, il-persunal kollu ta’ vso.com.mt huwa marbut bil-politika ta’ kunfidenzjalitá tagħna. 
Jekk kwalunkwe mill-materjal ta’ hawn fuq jikkonċernak ħossok liberu tagħmel kuntatt magħna permezz tal-email.
 
*Adattati mit-Termini u l-Kundizzjonijiet ta’ Kellimni.com