2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Mission statement (MT)

Il-Victim Support Onlajn jimmira li joffri appoġġ onlajn permezz ta’ appoġġ b’ċats li jseħħu dak il-ħin stess u appoġġ b’emails mogħti f’ħinijiet differenti peress li nwieġbu fi żmien 48 siegħa mill-email tal-bidu. Is-servizzi tagħna huma offruti lil persuni li jkunu għaddew mill-esperjenza li sfaw vittma ta’ reat kriminali speċifiku u li jkollhom bżonn appoġġ u gwida fir-rigward ta’ servizzi oħra li jistgħu jagħmlu użu minnhom biex il-persuna tħoss li għandha s-saħħa tibda bil-bidla mixtieqa.
L-idea tal-proġett kienet li jkun provdut spazju anonimu għall-persuni li kienu soġġetti għal xi reat kriminali u li jew mhumiex konxji ta’ dan jew li ma jħossuhomx komdi jitkellmu dwar dan wiċċ  imb’wiċċ, biex ikunu jistgħu jfittxu l-għajnuna b’mod alternattiv.  Permezz ta’ din il-pjattaforma l-individwu jista’ jikseb l-għajnuna tal-bidu mixtieqa sabiex ikun megħjun jibda proċess ta’ bidla fih innifsu.