2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Serq

Il-Kodiċi Kriminali ma tagħtix definizzjoni ta’ serq, iżda s-serq huwa kategorizzat bħala reat kontra l-propjetà u s-sigurtà pubblika.
 
Il-kontenut disponibbli fuq din il-websajt hija għal finijiet edukattivi biss u ma tikkostitwix parir legali. Għal pariri legali jew emozzjonali bla ħlas u appoġġ rigward is-sitwazzjoni speċifika tiegħek, jekk jogħġbok ikkkuntattja lil Victim Support Malta (21228333)

Fatti u informazzjoni: serq

Meta s-serq ikun akkumpanjat minn waħda mill-aggravazzjonijiet biss ‘persuna’, ‘post’, ‘mezz’ jew ‘in-natura tal-oġġett misruq’, il-kastig huwa ta’ priġunerija għal terminu ta’ bejn 7 xhur u sentejn. Jekk ikun hemm tnejn mill-aggravazzjonijiet ta’ hawn fuq, ikun l-istess kastig iżda mhux mogħti fil-minimu tiegħu. Jekk min-naħa l-oħra hemm tlieta mill-aggravazzjonijiet il-kastig jiżdied għal priġunerija għal terminu ta’ mhux aktar minn tliet snin.

Meta s-serq huwa akkumpanjat minn wieħed jew aktar aggravazzjoni ta’ ‘vjolenza’ jew ‘mezzi’ u l-valur tal-oġġett ma jaqbiżx €23.29 t-trasgressur ikun soġġett għal priġunerija ta’ mhux aktar minn 3 xhur. Fil-każ ta’ sempliċi serq, mingħajr aggravazzjoni, it-trasgressur ikun soġġett għal priġunerija għal terminu ta’ bejn xahar u 6 xhur, sakemm l-oġġett misruq ma jaqbżux €23.29.
 

Il-liġi tagħna tiddistingwi bejn sempliċi serq u serq aggravat. Il-Kodiċi Kriminali telenka 7 aggravazzjonijiet ta’ serq li jagħmlu l-kastigi aktar ħorox. Is-serq jista’ jkun aggravat permezz ta:
1. Vjolenza
2. Mezz
3. Ammont
4. Persuna
5. Post
6. Ħin
7. Natura tal-oġġetti misruqa
 
(1) Vjolenza
Artikolu 262(1) tal-Kodiċi Kriminali jgħid li s-serq huwa aggravat jekk ikun akkumpanjat minn omiċidju, ħsara tal-ġisem, jew iż-żamma tal-persuna, jew permezz ta’ theddid ta’ qtil bil-miktub jew verbalment (tali theddid jeħtieġ ikun effettiv u jinfluwenza moħħ il-vittma), jew jikkawża ħsara tal-ġisem jew jikkawża ħsara fuq propjetà. Ikun aggravat ukoll jekk is-serq ikun armat jew jekk il-ħallelin anke jekk mhux armati ikunu aktar minn żewġ persuni. Il-liġi ssemmi li barra minn hekk hemm aggravazzjoni oħra meta persuna tkun qed tfittex (‘tgħarrex’) il-kampanja u ġġorr l-armi, jew tifforma parti minn assemblea, tkun theddida bil-miktub jew verbali, tikkawża li tikkunsinna lilu l-propjetà ta’ xi ħadd ieħor. Din l-aħħar aggravazzjoni madanakollu ma tiġix applikata ta’ spiss.
(2) Mezzi
Is-serq jista’ wkoll ikun aggravat b’mezzi, jiġifieri, bil-mod kif isir. Artikolu 263 tal-Kodiċi Kriminali jgħid li s-serq ikun aggravat b’mezzi:
1. Meta jitwettaq bi ksur intern jew estern, bi ċwievet foloz jew billi jixxabbtu (jitilgħu ma’ ħajt). It-terminu ‘ksur’ jinkludi kwalunkwe twaqqigħ, ħruq, żgassar eċċ. ta’ kwalunkwe ħajt, katnazz, bieb jew oġġett intenzjonat li ma jippermettix dħul fi kwalunkwe dar abitabbli, jew post jew spazju magħluq ieħor. 2 2. Meta l-ħalliel jagħmel użu minn kwalunkwe żebgħa, maskra jew xi ħaġa biex jgħatti wiċċu, jew xi travestiment ieħor. Jew meta biex titwettaq is-serqa, huwa jilbes ta’ uffiċċjal ċivili jew militari jew juża ordni fittizja biex jippreżenta lilu nnifsu bħala xi awtorità pubblika. Din l-aggravazzjoni tapplika wkoll jekk it-travestiment fl-aħħar mill-aħħar ma kkontribwixxix biex iffaċilita s-serqa, jew biex jaħbi lill-awtur tas-serqa. Li huwa importanti huwa li permezz tat-travestiment inti ma tibqax tingħaraf.
(3) Ammont
Artikolu 267 jgħid li “serq huwa aggravat bl-ammont meta l-valur tal-oġġetti misruqa jaqbżu €232.94”. Skont Artikolu 279, għal finijiet ta’ kastig, jekk is-serqa tkun ta’ aktar minn €2329.37, is-serqa hija xorta waħda aggravata iżda l-kastig jiżdied ġustifikament.
(4) Persuna
Artikolu 268 jgħid li serq huwa aggravat minn persuna meta jitwettaq: 1. Minn seftur għall-preġudizzju tas-sid tiegħu fil-kapaċità tiegħu bħala seftur. It-terminu seftur jinkludi kull persuna impjegata. 2. Minn kwalunkwe mistieden jew persuna oħra fil-familja tiegħu, fid-dar fejn ikun qed jirċievi l-ospitalità, għall-preġudizzju tal-ospitu jew tal-familja tiegħu. 3. Meta jitwettaq minn kwalunkwe sid ta’ lukanda, sid ta’ tverna, sewwieq ta’ vettura, barklor f’postijiet fejn jagħtu s-servizzi tagħhom; kif ukoll meta jitwettaq f’xi post minn dawn (jiġifieri lukandi, tverni, vetturi jew dgħajjes). 4. Meta jitwettaq minn impjegat fuq il-post tax-xogħol li għandu aċċess għalih minħabba n-negozju, professjoni jew impjieg tiegħu
 
(5) Post
Artikolu 269 jgħidilna li s-serq ikun aggravat mill-‘post’ meta jitwettaq: 1. fi kwalunkwe postijiet pubbliċi maħsuba għall-qima 2. fis-sala fejn isiru seduti tal-qorti u waqt seduti tal-qorti 3. fi kwalunkwe triq pubblika fil-kampanja li jinsabu barra żoni inabitabbli 4. fi kwalunkwe ħanut jew tarzna tal-Gvern, jew fi kwalunkwe post ieħor għad-depożitu ta’ oġġetti jew pleġġijiet maħsuba għall-konvenjent tal-pubbliku 5. fuq kwalunkwe ħanut jew bastiment li jinsab ankrat 6. fi kwalunkwe ħabs, jew post ieħor ta’ kustodju jew priġunerija 7. fi kwalunkwe dar abitabbli jew tal-imsemmi dritt
(6) Ħin
Artikolu 270 jgħid li s-serq ikun aggravat mill-ħin meta jitwettaq bil-lejl, jiġifieri, bejn inżul u t-tlugħ ix-xemx.
(7) Natura tal-oġġetti misruqa
Artikolu 271 jgħid li s-serq ikun aggravat min-natura tal-oġġetti misruqa:
1. meta jitwettaq fuq oġġetti esposti għal periklu, kemm jekk waqt li qed jintremew jew jitneħħew b’mod sigur, jew jekk se jkunu abbandunati minħabba periklu personali urġenti li jirriżulta minn diżastru pubbliku gravi (eż. nar, bini li jaqa’ eċċ).
2. meta jitwettaq fuq duqqajs
3. meta jitwettaq fuq kwalunkwe skala, fi kwalunkwe mergħa, razzett jew stalla
4. meta jitwettaq fuq affarijiet essenzjalment meħtieġa għan-navigazzjoni
5. meta jitwettaq fuq kwalunkwe xibka jew affarijiet oħra użati għall-finijiet ta’ sajd
6. meta jitwettaq fuq kwalunkwe ornamenti jew ħwejjeġ fuq il-persuna tat-tfal taħt 9 snin
7. meta jitwettaq fuq kwalunkwe vettura f’post pubbliku jew f’post aċċessibbli għall-pubbliku, jew kwalunkwe parti jew aċċessorju, jew kwalunkwe oġġett ġo vettura
8. materjal nukleari
9. reġistri pubbliċi li hemm fl-arkivji nazzjonali
 

Skont il-ġurista Taljan Carrara, hemm ħames ingredjenti li għandhom jiġu sodisfatti biex ikun hemm serq:
1) Jeħtieġ li jkun hemm it-teħid fiżiku ta’ oġġett fiżiku
2) Dan għandu jsir b’mod frodulenti, jiġifieri, illegalment. Għandu jkun hemm l-intenzjoni ta’ serq, u s-serq ma jistax ikun twettaq permezz ta’ negliġenza.
3) Dan l-oġġett għandu jappartjeni lill-oħrajn. Biex ikun hemm reat huwa biżżejjed li l-persuna li ħadet l-oġġett ma kellhiex id-dritt għalih. Jekk persuna ssib xi ħaġa u s-sid ma jkunx magħruf, hija marbuta bil-liġi li tikkunsinnaha lill-pulizija.
4) Jittieħed mingħajr il-kunsens tas-sid
5) U jittieħed bl-intenzjoni li jsir gwadann. Dan il-gwadann m’hemmx għalfejn ikun finanzjarju, iżda jista’ wkoll jikkostitwixxi sodisfazzjon jew benefiċċju.