2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Reati ta-Mibegħda

Reat ta-mibegħda huwa offiża kriminali fejn min iwettaq ir-reat għandu l-għan li jweġġa’ l-vittma minħabba elementi personali bħar-razza, il-ġeneru, l-etniċità, l-oriġini nazzjonali, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali jew diżabilità.
 


Ir-reat jitwettaq għax it-trasgressur għandu mottiv ta’preġudizzju. Dan il-mottiv speċifiku jagħmel reati tal-mibgħeda differenti minn reati oħra. Dan it-tip ta’ reat jista’ “ikun att ta’ intimidazzjoni, theddida, ħsara fuq propjetà, attakk, qtil jew reat kriminali ieħor.” L-intolleranza u l-bigotrija jistgħu wkoll jikkawżaw azzjonijiet vjolenti. Il-liġi Maltija ma tiddefinixxix it-terminu ‘reat tal-mibegħda’. Madanakollu, Sezzjoni 83B tal-Kodiċi Kriminali jgħid li l-kastig għal kwalunkwe reat għandu jiżdied meta r-reat ikun kompletament jew parzjalment aggravat jew motivat mill-mibgħeda kontra persuna jew grupp minħabba l-ġeneru, l-identità ta’ ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza, il-kulur, il-lingwa, l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin jew il-politika jew opinjoni oħra tagħha jew tagħhom.
Il-kontenut disponibbli fuq din il-websajt hija għal finijiet edukattivi biss u ma tikkostitwix parir legali. Għal pariri legali jew emozzjonali bla ħlas u appoġġ rigward is-sitwazzjoni speċifika tiegħek, jekk jogħġbok ikkkuntattja lil Victim Support Malta (21228333)

Fatti u informazzjoni: reati ta-mibegħda