- Home
- Fatti u informazzjoni
- Fatti u informazzjoni: l-ippjanar tas-sigurtà
- Żomm ftit flus kontanti fuqek u evita li ġġorr karti tad-debitu/kreditu li m’għandekx bżonn.
- Meta jkun possibbli, tivvjaġġax waħdek.
- Timxix waħdek bil-lejl, u jekk ma tistax tagħmel mod ieħor, ipprova kun akkumpanjat/a minn xi ħadd.
- Ipprova tilbisx ġojjellerija li tiswa ħafna flus meta tkun miexja/miexi fit-triq.
- Meta tuża t-trasport pubbliku, ipprova oqgħod bilqegħda maġenb il-ħruġ.
- Qiegħed kartieri u portmonijiet fejn ma jarahom ħadd u żomm il-basktijiet viċin tiegħek.
- Meta tkun qed tivvjaġġa bil-karozza, dejjem sakkar il-bibien.
- Evita l-użu tal-alkoħol għaliex ħafna drabi huwa fattur f’attakki sesswali.
- Iltaqa’ ma’ nies ġodda f’postijiet pubbliċi.
- F’każ ta’ periklu imminenti, għajjat “ħruq,” mhux “ajjut” jew “stupru” biex tattira lin-nies u tissoprendi lill-attakkant.
- hux “ajjut” jew “stupru” biex tattira lin-nies u tissoprendi l-attakkant.
- Biddel is-serraturi kollha meta tidħol f’dar ġdida u meta titlef iċ-ċwievet.
- Il-bibien u t-twieqi għandhom jinżammu msakkra l-ħin kollu matul il-ġurnata u bil-lejl.
- Waħħal apparat mal-bieb biex tkun tista’ tara min ġie qabel tiftaħ il-bieb.
- Itlob dettalji speċifiċi qabel tiftaħ il-bieb għal nies li ma tkunx tafhom.
- Waħħal katina biex tillimita kemm jinfetaħ il-bieb.
- Waħħal serratura bi tliet ilsna biex issakkar, b’serraturi speċjali n-naħa ta’ fuq u t’isfel.
- Qatt tħalli ċwievet fis-serraturi tal-bibien jew tat-twieqi.
- Waħħal dwal bis-sensors quddiem il-bieb.
- Installa allarm u kamera CCTV.
- Waħħal ħġieġ double glazing.
- Qis li n-numru tad-dar ikun ċar biex il-protezzjoni ċivili jsibu d-dar malajr f’każ ta’ emerġenza.
- Qatt tagħti l-passwords.
- Biddel il-passwords kull ftit żmien.
- Ħassar il-kronoloġija tal-kompjuter permezz tas-'settings' tal-brawżers tal-web, jekk ma tixtieqx li xi ħadd ikun jaf x’websajts aċċessajt.
- Illoggja ’l barra minn kull kont li tuża.
- Dejjem ħassar il-kronoloġija wara li tuża kompjuter pubbliku.
- Installa protezzjoni ta’ softwer affidabbli.
- Itlob lil xi ħadd professjonali jispezzjona l-kompjuter tiegħek għal spyware u viruses.
- Ipproteġi l-internet bla fili.
- Qatt tippostja xi ħaġa online li tista’ tagħmel diżunur lilek jew lill-oħrajn.
- Ftakar li kwalunkwe informazzjoni ppostjata ssir informazzjoni pubblika.
- Irreġistra u rrapporta kull insegwiment malizzjuż fuq l-internet (cyber stalking).
- Issorvelja lit-tfal meta jkunu qed jibbrawżjaw l-internet.