2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Korruzzjoni ta’ Tfal ta’ Taħt L-Età.

Il-korrompiment ta’ minorenni huwa reat sesswali mwettaq fuq persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.
 

Il-korrompiment ta’ minorenni jista’ jkun definit bħala att li moralment jikkorrompi persuna jew iċaħħad lil tali persuna mill-kastità jew jagħmlilha diżunur. L-innoċenza tal-minorenni tintilef b’riżultat ta’ dan l-att.

Il-kontenut disponibbli fuq din il-websajt hija għal finijiet edukattivi biss u ma tikkostitwix parir legali. Għal pariri legali jew emozzjonali bla ħlas u appoġġ rigward is-sitwazzjoni speċifika tiegħek, jekk jogħġbok ikkkuntattja lil Victim Support Malta (21228333)

Fatti u informazzjoni: korruzzjoni ta’ tfal ta’ taħt l-età.

Kull minn iwettaq dan ir-reat ikun soġġett għal priġunerija għal terminu ta’ mhux aktar minn tliet snin, bi jew mingħajr priġunerija solitarja.

Fil-każ li minorenni jkun qed iwettaq tali atti, il-kastig ma jkunx daqshekk iebes. Jekk it-trasgressur minorenni jkollu inqas minn disa’ snin huwa ma jkunx soġġett għal kastig. Jekk it-trasgressur minorenni jkollu inqas minn 14-il sena huwa jkun eżentat minn responsabilità kriminali jekk l-att ma jkunx sar b’diskrezzjoni nebbiexa (intenzjoni ħażin). Madanakollu, il-pulizija tista’ tordna lil ġenitur li huwa responsabbli biex jissorvelja l-minorenni, u jekk le, huma jistgħu jkunu soġġetti għal multa ta’ bejn €11.65 u €232.94. Fil-fatt jekk il-kastig li se jingħata lill-minorenni huwa multa (ammenda) il-Qorti tista’ tissoġġetta lill-ġenitur jew lill-kustodju li jinstabu ħajta huma stess talli ma kenux responsabbli fit-trobbija tat-tfal. Jekk it-trasgressur minorenni min-naħa l-oħra jkollu aktar minn 14-il sena jew taħt it-18-il sena, il-kastig applikabbli għal adult ikun applikabbli iżda mnaqqas bi grad jew tnejn.

 

L-ewwel nett biex tkun meqjus/a bħala vittma ta’ korrompiment ta’ minorenni, il-vittma trid tkun minorenni (taħt 18-il sena) ta’ kwalunkwe sess. Jekk il-vittma jkollha inqas minn 12-il sena jkun hemm aggravazzjoni u għaldaqstant it-trasgressur jingħata kastig akbar. It-trasgressur xorta jkun soġġett għall-korrompiment jekk ma jkunx konxju dwar l-età tal-vittma.

Barra minn hekk, jekk inti kont vittma ta’ ‘att indeċenti’ (atti oxxeni li jeċitaw il-passjonijiet sesswali tat-trasgressur) inti tista’ tkun vittma ta’ korrompiment ta’ minorenni. L-att jeħtieġ li jkun att fiżiku mwettaq mit-trasgressur, anke jekk ma jitwettaqx fuq il-minorenni nnifsu. Is-sempliċiment twettiq ta’ tali att fil-preżenza tal-minorenni huwa biżżejjed. Il-Qorti tgħid li ‘att indeċenti' wieħed huwa biżżejjed biex jiġi kkunsidrat bħala korrompiment ta’ minorenni.

 

Il-wiri ta’ materjal pornografiku ma jikkostitwixxix att indeċenti. Iżda, din xorta hija punibbli bil-liġi permezz ta’ priġunerija għal terminu li ma jaqbiżx sentejn jew erba’ snin (skont il-każ) billi huwa kkunsidrat li jista’ possibbilment jinkoraġġixxi jew jiffaċilita l-korrompiment ta’ minorenni.

Dan huwa reat, u l-kastig jiddependi fuq jekk dan ir-reat sarx b’mod vjolenti jew le. Jekk ir-reat twettaq mingħajr vjolenza, it-trasgressur huwa soġġett għal bejn 18-il xahar u erba’ snin priġunerija bi jew mingħajr priġunerija solitarja. Min-naħa l-oħra, jekk it-trasgressur iwettaq dan ir-reat fuq minorenni ta’ taħt it-12-il sena, jew b’ingann, jew fuq membru tal-familja jew għall-gwadann, jew juża l-vjolenza, it-trasgressur ikun soġġett għal priġunerija ta’ terminu ta’ bejn sentejn u sitt snin. Barra minn hekk il-kastig jiżdied ulterjorment bi grad wieħed jekk it-trasgressur iqiegħed ħajjet il-vittma fil-periklu, il-vittma ssofri dannu (iwettaq ħsara fil-ġisem), jew huwa parti minn organizzazzjoni kriminali.

Il-liġi tipprovdi li kull minn permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jipproponi li jiltaqa’ ma’ minorenni bl-iskop li jwettaq reat u dan ikun segwit minn atti indeċenti, ikun soġġett għal priġunerija għal terminu ta’ bejn 12-il xahar u erba’ snin.

 

Filwaqt li l-lingwa oxxena tista’ tkun meqjusa bħala att indeċenti, mhuwiex ċar jekk kliem oxxen li sempliċiment jintqal jikkostitwixxi korrompiment ta’ minorenni; madanakollu ma jistax ikun totalment eskluż u b’hekk irid jitqies każ b’każ.

 

Jekk m’hemmx relazzjoni sesswali (penetrazzjoni) ir-reat ġeneralment jammonta għal korrompiment ta’ minorenni. Kull meta persuna tippenetra minorenni taħt it-12-il sena, ikun hemm preżunzjoni ta’ vjolenza (element neċessarju għal stupru) u tinstab ħajta ta’ stupru. Jekk il-minorenni jagħti l-kunsens għall-penetrazzjoni u jkollu 12-il sena, dan ma jkunx stupru, iżda xorta waħda jkun hemm il-korrompiment ta’ minorenni. Jekk hemm kemm penetrazzjoni, kif ukoll vjolenza jew il-minorenni jkun taħt it-12-il sena jista’ għaldaqstant ikun hemm kemm stupru kif ukoll korrompiment ta’ minorenni.

Matul is-snin il-liġi kellha ħafna opinjonijiet, iżda llum il-ġurnata, il-Qorti tinjora l-istorja tal-minorenni u jekk it-trasgressur iwettaq azzjonijiet indeċenti fil-preżenza tal-minorenni huwa xorta jkun ħati ta’ korrompiment ta’ minorenni. L-intenzjoni tal-Qrati u tal-leġiżlatur hija li kwalunkwe tip ta’ attività sesswali ma’ xi minorenni tkun kriminalizzata, irrispettivament jekk kienx hemm korrompiment jew le.

F’każijiet fejn m’hemmx aggravazzjoni t-trasgressur huwa soġġett għal mhux aktar minn tliet snin priġunerija. Madanakollu, il-liġi tgħid li jekk ir-reat jitwettaq fuq minorenni taħt l-età ta’ 12-il sena, jew jitwettaq bi vjolenza, jew permezz ta’ theddid jew ingann, jew jitwettaq minn membru tal-familja (axxendent, missier jew omm, kustodju, jew persuna inkarigata bil-kura tat-tfal anke jekk b’mod temporanju bħal għalliem/a), it-trasgressur ikun soġġett għal priġunerija ta’ bejn tlieta u sitt snin minflok.

 

Dan ir-reat jeħtieġ ilment uffiċjali formali mill-parti danneġġjata. Dan ifisser li l-vittma jkollha tagħmel rapport lill-pulizija biex l-awtoritajiet jieħdu azzjoni. Madanakollu, hemm xi eċċezzjonijiet fejn il-pulizija tista’ tieħu azzjoni anke jekk il-vittma ma tilmentax. Dan huwa jekk ir-reat ikun akkumpanjat minn vjolenza pubblika jew jaffettwa l-ordni pubblika, jew jekk jitwettaq bl-abbuż ta’ awtorità tal-ġenituri jew il-kustodja.
 

Persuna li minkejja li hija stess ma kkorompietx il-minorenni, iżda instigat, inkoraġġiet jew iffaċilitat il-korrompiment, tkun soġġetta għal priġunerija li ma taqbiżx erba’ snin. Eżempju ipotetiku jkun għalliem li jippermetti lil persuna oħra twettaq ċerti atti li jammontaw għal korrompiment fil-preżenza ta’ studenti li huma fl-inkarigu tiegħu.

Kwartieri Ġenerali tal-Aġenzija Appoġġ - Indirizz: 36, St. Luke's Road, G'Mangia, Pieta PTA 1318, Telefown Malta: (+356) 2295 9000 E-Mail: appogg@gov.mt
Web: http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspx

Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal (governattiv) - Indirizz: 16/18 Dawret It-Torri, St. Lucia, Telefown Malta: (+356) 2148 5180 E-Mail: cfc@gov.mt Web: www.tfal.org.mt

Richmond Foundation Malta (mhux-governattiv) - Indirizz: 424, St. Joseph High Road, Santa Venera SVR 1013, Telefown Malta: (+356) 2122 4580; (+356) 2148 2336; (+356) 2148 00 45 E-Mail: info@richmond.org.mt Web: www.richmond.org.mt