2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Għajnuna Legali

L-għajnuna legali hija assistenza legali pprovduta mill-Istat lil dawk li jkollhom bżonnha, jew għall-proċedimenti li tkun qed tagħmel kontra parti terza jew minħabba akkużi mressqa kontrik.
 
L-għajnuna legali hija forma ta’ assistenza mogħtija mill-Istat lil persuni li meta jitolubha, u wara li ssir valutazzjoni tat-talba tagħhom, jiġu ddikjarati bħala eliġibbli għal tali assistenza.

Il-kontenut disponibbli fuq din il-websajt hija għal finijiet edukattivi biss u ma tikkostitwix parir legali. Għal pariri legali jew emozzjonali bla ħlas u appoġġ rigward is-sitwazzjoni speċifika tiegħek, jekk jogħġbok ikkkuntattja lil Victim Support Malta (21228333)

Fatti u informazzjoni: għajnuna legali

Skont l-Artikolu 920 tas-COCP, l-għajnuna legali tkopri biss l-ispejjeż li jsiru mill-applikant.  L-applikant għalhekk jiġi eżentat milli jħallas il-miżati kollha tiegħu/tagħha u milli jagħti garanzija għall-ispejjeż.
Kif jagħmilha ċar l-Artikolu 921 tas-COCP, jekk l-applikant jirnexxielu fl-azzjoni, huwa għandu, mill-ammont miksub jew mill-qligħ tal-bejgħ ġudizzjarju bi rkant tal-proprjetà mobbli jew immobbli affetwata b’segwitu għas-sentenza, iħallas il-miżati dovuti lir-reġistru, lill-avukat, lill-prokuratur legali u lill-kuraturi u dawk li rreferewh (jekk ikun hemm), filwaqt li jżomm id-dritt tiegħu għal rimborż kontra l-parti li tista’ tkun ġiet ordnata tħallas dawn il-miżati.
 
 
 

Fi kwistjonijiet kriminali, l-għajnuna legali hija disponibbli għal kulħadd mingħajr ebda verifika tal-mezzi tiegħek.
 
Fi kwistjonijiet ċivili, l-għajnuna legali tingħata biss wara li jiġu sodisfatti tliet kriterji:

  1. Merti
  2. Mezzi
  3. It-test tal-proċedura.

 
Dawn jinsabu fl-Artikolu 912 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (COCP):

  1. Merti –­ Biex applikant jikkwalifika taħt il-kriterju tal-merti, l-Avukat għall-Għajnuna Legali, wara li jeżamina n-natura tal-każ, irid jiddeċiedi jekk l-applikant għandux raġunijiet raġonevoli biex iressaq ċerti proċedimenti quddiem il-qorti jew biex jiddefendihom. Dan jiġi deċiż fuq bażi ta’ każ b’każ.
  2. Mezzi – Biex applikant jikkwalifika taħt it-test tal-mezzi, ma jista’ jkollu l-ebda proprjetà fil-pussess tiegħu, li l-valur nett jaqbeż €6988.12 jew somma oħra li l-Ministru responsabbli mill-ġustizzja jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi permezz tal-Gazzetta tal-Gvern. Id-dħul tal-applikant ma għandux, għall-perjodu ta’ 12-il xahar qabel l-applikazzjoni, jaqbeż il-paga minima nazzjonali għall-persuni taħt l-età ta’ 18-il sena. Dak li hu eskluż mill-valutazzjoni huma l-oġġetti tad-dar għall-użu ta’ kuljum li huma meqjuza neċessarji għall-użu mill-applikant jew il-familja tiegħu, kif ukoll ir-residenza prinċipali tal-applikant jew kwalunkwe proprjetà (mobbli jew immobbli) li hija s-suġġett tal-proċedimenti fil-qorti, minkejja li din il-proprjetà ma tkunx is-suġġett tal-proċedimenti li fir-rigward tagħhom tkun qed tintalab l-għajnuna legali.
  3. ProċeduraL-applikant irid jieħu ġurament li jikkonferma l-mezzi tiegħu/tagħha, u li hu/hi għandhom kawża probabbli.

 
Jekk l-applikant jissodisfa dawn il-kriterji skont l-Artikolu 912 tas-COCP, jintbagħat avviż ta’ din it-talba lill-parti li kontriha jkunu qed jittressqu l-proċedimenti, li mbagħad għandha 4 ijiem biex toġġezzjona għat-talba.