2122 8333Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 9am-5pm

  • English
  • Malti

Attakk Sesswali


L-attentat għall-pudur bi vjolenza jeskludi reati sesswali oħra bħal stupru jew korruzzjoni ta’ tfal ta’ taħt l-età. Dan ir-reat iseħħ meta min iwettaq ir-reat jagħmel atti vjolenti li jkunu ta’ natura sesswali. Dawn l-atti ta’ natura sesswali mhumiex reati kriminali ta’ natura sesswali li jinstabu fil-kodiċi kriminali.
 
Għalhekk, ir-reat ta’ attentat għall-pudur bi vjolenza jseħħ meta l-attentat ma jkunx biżżejjed biex jikkostitwixxi korruzzjoni ta’ tfal taħt l-età, jew stupru, jew kwalunkwe reat sesswali ieħor skont il-Kodiċi Kriminali. Għaldaqstant, jekk reat sesswali ma jaqax taħt il-kategoriji ta’ reati sesswali oħra taħt il-Kodiċi Kriminali, tali reat jista’ jiġi kklassifikat taħt attentat għall-pudur bi vjolenza. Il-liġi trid tikkastiga l-att vjolenti u mhux it-telfien tal-purità tas-suġġett passiv. cludes other sexual offences such as rape or defilement of minors. This offence occurs when the offender commits violent acts which are of a sexual nature. These acts of  sexual nature are not crimes of a sexual nature which are found in the criminal code.

Il-kontenut disponibbli fuq din il-websajt hija għal finijiet edukattivi biss u ma tikkostitwix parir legali. Għal pariri legali jew emozzjonali bla ħlas u appoġġ rigward is-sitwazzjoni speċifika tiegħek, jekk jogħġbok ikkkuntattja lil Victim Support Malta (21228333)

Fatti u informazzjoni: attakk sesswali