2122 8333  Mon-Thursday 9 - 4pm

  • English
  • Malti

Sexual Assault

L-attentat għall-pudur bi vjolenza jeskludi reati sesswali oħra bħal stupru jew korruzzjoni ta’ tfal ta’ taħt l-età. Dan ir-reat iseħħ meta min iwettaq ir-reat jagħmel atti vjolenti li jkunu ta’ natura sesswali. Dawn l-atti ta’ natura sesswali mhumiex reati kriminali ta’ natura sesswali li jinstabu fil-kodiċi kriminali.
 
Għalhekk, ir-reat ta’ attentat għall-pudur bi vjolenza jseħħ meta l-attentat ma jkunx biżżejjed biex jikkostitwixxi korruzzjoni ta’ tfal taħt l-età, jew stupru, jew kwalunkwe reat sesswali ieħor skont il-Kodiċi Kriminali. Għaldaqstant, jekk reat sesswali ma jaqax taħt il-kategoriji ta’ reati sesswali oħra taħt il-Kodiċi Kriminali, tali reat jista’ jiġi kklassifikat taħt attentat għall-pudur bi vjolenza. Il-liġi trid tikkastiga l-att vjolenti u mhux it-telfien tal-purità tas-suġġett passiv.

Facts and information: sexual assault